Skip to Content

Fundacion MAPFRE sponsors Inspire Foundation’s Multi-Sensory Rooms for the 3rd year running

Inspire Foundation
Fundacion MAPFRE has offered the generous sum of €49,000 to support all running costs of the MSR rooms once again this year. At present, over 400 children benefit from this service. 
 
Inspire’s Multi-Sensory Rooms (MSR) were built purposely to help treat children and adults with Sensory Processing Disorder (SDP) - a condition in which an individual’s sensory signals do not get organised into appropriate responses, making everyday activities a challenge to perform. If not addressed and treated properly, this leads to clumsiness, behavioural problems, anxiety, depression, underachievement, and even social isolation, among other issues. 
 
These Multi-Sensory Theatres are used to create events which focus on particular senses such as touch, vision, sound, and movement. It gives people control - possibly for the first time in their lives. It enables people with any degree of disability to change and influence their environments in a positive way. Last year, Inspire delivered more than 2,400 sessions to 400 children and adults in these state-of-the-art Multi-Sensory Rooms provided by Inspire Foundation.
 
“It is truly wonderful that Fundacion MAPFRE is able to help out local initiatives, supporting organisations that are dependable on such help. The services offered by Inspire Foundation are indispensable for people with a disability and their families, who deserve nothing but the very best. This organisation works tirelessly to offer the most professional and advanced services possible. We are more than happy to collaborate,” Chairman of MAPFRE Middlesea, Martin Galea said.
 
Inspire thanked Fundacion MAPFRE wholeheartedly for acknowledging their work and for supporting this service, which are truly beneficial for people with a disability. Inspire Foundation provides educational, therapeutic and leisure services to persons with a disability, allowing them to reach their full potential in life. Services are offered free of charge or at a highly subsidised price and the NGO depends on donations to sustain and improve its services. For more information visit www.inspire.org.mt.
 
Fundacion MAPFRE, a non-profit institution of MAPFRE Group is a leading global foundation committed to people's well-being and social progress. It contributes to improving people's quality of life and the progress of society through multinational programs and activities.  In Malta, MAPFRE is represented by MAPFRE Middlesea and MAPFRE MSV Life.



- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - --

Il-Fundazzjoni MAPFRE tiffinanzja servizz għall-persuni b’dizabilità għat-tielet sena
 
Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Fundazzjoni MAPFRE qed tiffinanzja servizz provdut mill-Fundazzjoni Inspire (Eden and Razzett Foundation), dak ta’ Multi-Sensory Theatres. Il-Fundazzjoni MAPFRE offriet is-somma ġeneruża ta €49,000 sabiex tiffinanzja l-ispejjeż kollha biex dan is-servizz ikompli jingħata. Aktar minn 400 tifel u tifla jibbenefikaw minn dan is-servizz.
 
Dawn il-kmamar (Multi-Sensory Theatres) inbnew biex jipprovdu trattament speċjali lil persuni li jbatu minn kundizzjoni magħrufa bħala Sensory Processing Disorder, fejn is-sinjali ta’ sensi ta’ persuna ma jkunux organizzati sew u minħabba f’hekk, attivitajiet ta’ kuljum ikunu ta’ sfida kbira għal dawn il-persuni. Jekk din il-kundizzjoni ma tkunx indirizatta b’mod xieraq, dan jista’ jwassal għal problemi ta’ mġiba, ansjetà, depressjoni u iżolazzjoni soċjali, fost problemi oħra.
 
L-Għan ta’ dan is-servizz huwa li joħloq ambjent li jiffoka fuq sensi partikolari biex b’hekk dawn il-persuni jkunu jistgħu jikkontrollow lilhom infushom aktar. Persuni b’diżabilità jibbenefikaw minn servizz bħal dan b’mod possitiv ħafna. Matul is-sena l-oħra, il-Fundazzjoni Inspire offriet 2,400 sessjoni lil fuq minn 400 tfal u adult f’dawn il-kmamar.
 
“Hija tassew xi ħaġa mill-isbaħ li l-Fundazzjoni MAPFRE tgħin inizjattivi lokali, u tappoġġja organizzazzjonijiet bħal dawn. Is-servizzi offruti mill-Fundazzjoni Inspire huma 
indispensabbli għall-persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom, u dawn ma jistħoqqilhom xejn ħlief l-aqwa servizz.  Din l-organizzazzjoni taħdem bla heda biex toffri l-iktar servizzi professjonali u avvanzati possibbli. Aħna kuntenti ħafna li nistgħu nkunu parti minn dan il-proġett”, qal Martin Galea, iċ-ċerman tal-MAPFRE Middlesea.
 
Il-Fundazzjoni Inspire irringrazzjat lil Fundacion MAPFRE bis-sħiħ talli rrikonoxxiet x-xogħol tagħha u tappoġġja dan is-servizz, li huwa ta’ benefiċċju għal persuni b'diżabilità. Il-Fondazzjoni Inspire tipprovdi servizzi edukattivi, terapewtiċi u oħrajn lil persuni b'diżabilità, biex b’hekk jkunu kapaċi jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom fil-ħajja. Is-servizzi huma offruti bla ħlas jew bi prezz issussidjat ħafna u din il-fundazzjoni tiddependi fuq donazzjonijiet u appoġġ tal-pubbliku. Għal aktar informazzjoni, żur www.inspire.org.mt.
 
Il-Fundazzjoni MAPFRE, hija fundazzjoni bla profitt fi ħdan il-Grupp MAPFRE, li tikontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja tan-nies u l-progress tas-soċjetà permezz ta’ programmi u attivitajiet oħra madwar id-dinja. F'Malta, il-Grupp MAPFRE huwa rrappreżentat minn MAPFRE Middlesea u MAPFRE MSV Life.
 
Ritratt: Martin Galea, iċ-ċerman ta’ MAPFRE Middlesea jżur l-Inspire.
Back to top